Appell lill-awtoritajiet sabiex nissalvagwardjaw in-Naħla Maltija

Waqt il-programm ” Ma’ Mario u Rita ” ta’ nhar It-Tlieta, 13 ta’ Ġunju, s-Sur Michael Muscat li huwa persuna li jkabbar in-naħal lokalment, tkellem rigward ir-riskju li n-naħla Maltija tista’ tiġi estinta jekk bħala pajjiż ma nieħdux ħsieb.
Waqt din id-diskussjoni ferm interessanti, Michael qal li fil-passat kellna problemi li b’għaqal irnexxielna negħlbuwhom u jeħtieġ li fil-preżent nieħdu din l-sfida serjament. Issemma’ kif il-Bagħal taż-Żunżan qed jikber fil-kolonnja tiegħu u li saħansitra dan jista’ jaffetwa ukoll it-turiżmu ġewwa pajjiżna.
B’ tama li l-awtoritajiet ikkonċernati jieħdu azzjoni immedjata, Michael jistqarr ukoll kemm din is-sitwazzjoni hija mportanti jekk irridu nsalvaw in-Naħla Maltija li hija parti mill identita’ ta’ pajjiżna.