Blog: Nemendaw il-liġi kif jaqblilna ?

Wara post li tella’ dalgħodu l-Ministru għall-Intern, Sigurtà, Riformi u Ugwaljanza Byron Camilleri dalgħodu fuq il-profil tiegħu,qamet kontroversja bejn dak li kien kiteb huwa stess fuq l-istess profil tiegħu nhar is-17 ta’ Jannar,2023.

Fil-post li kiteb f’Jannar il-Ministru kkundanna lill persuna li ” tippromovi l-gay conversion therapy.” Ta’ min ngħidu li Camilleri iddeċida jasal għal konklużżjoni anke’ jekk il-każ għadu subjudice.

Dan il-każ li hemm għaddej, jirrigwardja l-liberta’ ta’ l-espressjoni fejn il-fundaturi, preżentaturi u ġurnalisti ta’ din l-istess il-media, PM News Malta, Mario Camilleri u Rita Bonnici ġew mħarkka fuq allegazzjonijiet li sar xi forma ta’ reklam waqt programm mxandar fuq il-pjattaforma tagħhom sempliċiment għax għamlu diskussjoni mal-mistieden tal-programm.
Bosta kummenti qanqlu mistoqsijiet fejn fuq naħa l-Ministru akkuża persuni b’mod  preġudikat għaliex skont il-fehema personali tiegħu diskussjoni kienet promozzjoni u fuq naħa oħra b’dak li kiteb dalgħodu qal,
Nifhem li l-pulizija trid tikkunsidra r-rapporti li jidħlu quddiema, imma m’għandhiex issir għodda f’idejn estremisti li jridu joħonqu l-arti u l-libertà tal-ħsieb.Byron Camilleri.
Ikkonkluda billi kiteb li flimkien “mall-kollega Owen Bonnici” se jkun qed jara wkoll li jekk hemm bidliet leġiżlattivi oħra li jistgħu jsiru, jsiru wkoll sabiex l-artisti ma jiġux attakati b’dan il-mod, iżda fir-rigward ta’ ġurnaliżmu u dritt tal-liberta’ tal-kelma li bħalissa hemm każ għaddej ġewwa l-Qorti, il-Ministru Camilleri ddeċida li jikteb u joħroġ b’suppożizzjoniet ibbażati BISS fuq ħsibijiet tiegħu.