Arnold Cassola jippreżenta ittra miftuħa lill-Prim Ministru dwar il-hmieg fi Transport Malta
Illum, Arnold Cassola, il-kandidat indipendenti fuq l-10 u l-11-il distrett, ippreżenta ittra miftuħa lill-Prim Ministru dwar il-ħmieġ fi Trasport Malta.
F’din l-ittra, Cassola kiteb li, apparti l-skandli ta’ korruzzjoni li qed joħorġu fil-gazzetti, f’daqsxejn aktar minn 4 snin, in-numru ta’ impjegati f’din l-Awtorità’ tela’ minn 400 għal aktar minn 1000.
L-Awtorità’ saret fejda ta’ Ian Borg, b’ bazuzlizmu kbir mal-kostitwenti tieghu jew laburisti tal-qalba, li qed jiddemoralizza ħafna nies kwalifikati fi Trasport Malta għaliex diffiċli jieħdu promozzjonijiet billi mhumiex laburisti tal-qalba.
L-arroganza saret tirrenja fi Trasport Malta u hemm każijiet ta’ nies li għandhom kondotta u/jew reputazzjoni xejn sabiħa, iżda xorta jiġu ippremjati bi promozzjonijiet, għax huma ta’ Ian jew tal-Labour.
Agħar minn hekk, fi Trasport Malta hemm każijiet gravissimi ta’ sexual harassment, fosthom każ oxxen ta’ direttur ta’ TM. L-imġiba tiegħu fil-konfront tan-nisa hija dizgustanti. U jippruvaw jghattulu ghax tal-Labour.
Il-Prof. Cassola qed jitlob lill-Prim Ministru Abela jnaddaf minnufih il-ħmieġ li hemm transport Malta.
Ara l-ittra kollha annessa.