Bil-Filmat-Sandra Gauci tgħid li l-ħajja tibda mit-twelid mhux mil-konċepiment

Fil-programm ta’ diskussjoni, Podcast ma’ Jon Mallia, iċ-Chairperson ta’ ADPD- The Green Party Sandra Gauci tgħid li għaliha ” il-ħajja ma tibdiex mil-konċepiment iżda meta titwieled.”

Jon staqsa x’kienet eżatt il-pożizzjoni tagħha bħala Liberali fuq meta għandu jsir abort f’każ ta’ stupru, Gauci twieġeb għal diversi drabi bl-istess risposta, “Tagħżel il-mara ! “

F’dan il-programm kompla joħroġ ċar x’inhi l’pożizzjoni ta’ ADPD-The Green Party fuq il-kwistjoni ta’ l-abort, saħansitra fil-passat, l-istess Sandra Gauci li dak iż-żmien ma kienitx tokkupa l-kariga ta’ Chairperson, dejjem stqarret li ” l-mara mhux kontenitur” u dan kien diġa’ jindika li bħala partit kienu diġa favorevoli rigward it-terminazzjoni tat-tarbija/ fetu fil-ġuf.

Filmati minn fuq YouTube Channel Jon Mallia Podcast.