Bil-Filmat -Kotba b’attivita’ sesswali mmirati għall tfal u adoloxxenti

F’ Ġunju, 2019, kienet qamet rabja minn ġenituri Kanadizi hekk kif “bi żball” kienu tqassmu kotba rigward gwida għal attivitajiet sesswali lill tfal minorenni li jattendu ġewwa skola elementari,Creston elementary school.
Issa jmiss il-ġenituri Awstraljani hekk kif f’Mejju,2023, ħareġ ktieb bl-isem ” Welcome to Sex” ta’ Yumi Stynes u Dr Melissa Kang. Dan il-ktieb huwa mmirat jolqot udjenza ta’ eta’ minorenni u ġie saħansitra deskritt bħala ktieb pornografiku.
Sky News Australia tirraporta kif dan il-ktieb jidħol f’ċertu dettall t’attivitajiet sesswali u kif ukoll rigward l-orjentazzjoni sesswali.