Dalgħodu qabad nar u saret ħsara kbira li tammonta għal mijiet ta’ eluf ta’ ewro.
Diversi persuni ppruvaw jitfu n-nirien, fosthom residenti u bdiewa, bl-għajnuna ta’ “Fire Engines” u pulizija li kienu wkoll fuq il-post biex jassistu.
Kien hemm ukoll fuq il-post tal-“Animal Welfare” biex jassistu fis-salvataġġ u ta’ xi żwiemel u annimali oħra minn xi rziezet.
In-nar għadu ma ġiex mitfi kompletament u l-pumpiera għadhom fuq il-post jippruvaw jikkontrollaw in-nirien li fadal.
Parti kbira mil-Vinja ta’ Mark Cassar ħadet in-nar, li kieku ma kienx għar-rispons rapidu ta’ Mark li fetaħ l-ilma u bl-għajnuna ta’ xi ħadd ieħor dawn id-dwieli tista’ tgħid li nħarqu kollha. Ftit minuti wara li Mark sejjaħ għall-għajnuna żewġ trakkijiet tat-tifi tan-nar waslu fuq il-post biex jgħinu u jitfu n-nirien.
Rajna wkoll bdiewa jfittxu jaħartu biex in-nar ma jinfirex fuq għelieqi oħra
Ħadd ma jaf minn fejn seta’ beda dan in-nar.
Pmnews Malta kien fuq il-post ukoll.