Partit Popolari u Ġenerazzjoni Malta b’azzjoni spontanja kontra l-abort

Partit Popolari flimkien mal-fergħa tal-Partit f’isem iż-żagħżagħ Ġenerazzjoni Malta, illum ħadu azzjoni spontanja kontra l-Abort quddiem il-Parlament ġewwa l-Belt Valletta fis-seba’ ta’ filgħaxija.
Clint Calleja li tkellem f’isem il-Partit Popolari u Ġenerazzjoni Malta qal li filwaqt li hemm drittijiet għal frieken, drittijiet għal annimali u bosta drittijiet oħra, fejn jidħlu drittijiet għat-tarbija fil-ġuf qed tintuża bħala għodda politika. Calleja żied jgħid li l-Unjoni Ewropea hija stat dittatorjat u li trid lil kulħadd uniformi mal-mandat tagħhom. Żied jgħid li fil-passat kien hemm ftehim li Malta ma tħallix l-abort jiġi llegaliżżat iżda llum donnu li dan il-ftehim qed jinbidel.
” Din hi l-impożizzjoni minn hemm fuq, minn Brussell,”qal Calleja.
Huwa qal li rrilevanti mill liem partit politiku wieħed jkun ġej, iżda din hi kwistjoni ta’ prinċipju. Calleja qal li ż-żewġ Partiti tradew il-kultura u l-moralita’ tal-pajjiż.

Calleja waqt li beda jindika l-għodda li jintużaw waqt il-proċess ta’ l-abort fuq “poster” li kien qed jinżamm minn membru tal-Partit, stqarr li l-IVF ukoll tagħmel parti u li hija propoganda għal abort.
“Din mhux kwistjoni ta’ reliġjon, mhux kwistjoni ta’ knisja, iżda kwistjoni ta’ tajjeb jew ħazin,” jgħid Calleja. Temm id-diskors tigħu billi qal li l-kostituzzjoni tal-pajjiż qed tinkiser kemm mill-aspett tal-“MENS REA” kif ukoll ta’ l-“ACTUS REA”.
Il-President tal-Partit Poplari s-Sur Karmenu Borg qal li din l-azzjoni tal-llum hija l-ewwel waħda minn sensiela t’azzjoniet li ser jsiru f’isem il-Partit Popolari fil-ġranet li ġejjin. Dan sabiex juru li f’din is-sitwazzjoni m’hemmx verżjoni waħda iżda hemm ukoll verżjoni favur il-ħajja.