Frank Fabri jinħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-Aquatic Resources Malta u l-Onor.Charles Azzopardi MP, PN jikteb ir-reazzjoni tiegħu.

Frank Fabri għadu kemm ġie maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Aquatic Resources Malta, entità ġdida li ġiet imwaqqfa f’Novembru tal-2023. Fi ħdan din l-entità, qegħdin jiġu żviluppati proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni fis-sajd u l-akwakultura b’investiment ta’ aktar minn €10 miljun.

Dr Fabri huwa ggradwat fl-edukazzjoni u b’dottorat fit-tmexxija, b’esperjenza fi rwoli ta’ tmexxija u tal-amministrazzjoni ta’ kważi ħmistax-il sena. Okkupa  diversi pożizzjonijiet inkluż Direttur, Direttur Ġenerali, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni kif ukoll l-ewwel Maniġer Ġenerali fl-iskola tat-taħriġ  fl-ITS li fetħet sena ilu.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said ferħet lil Dr Frank Fabri għall-irwol ġdid li ngħata f’din l-entità. Tenniet tgħid li Dr Fabri għandu esperjenza twila fl-implimentazzjoni ta’ diversi proġetti li ġew fdati lilu. Qalet ukoll li l-Aquatic Resources Malta għandha rwol kruċjali fit-tkabbir tal-blue economy f’pajjiżna, kif ukoll toffri opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda għaż-żgħażagħ li jixtiequ jispeċjalizzaw fi xjenzi marittimi.

 

Wara din il-ħatra, Charles Azzopardi  membru parlamentari nazzjonalista kiteb dawn il-kummenti fuq l-FB tiegħu u ta r-reazzjoni tiegħu.
“23.II.2024 Ejjew naraw kif jaħdem il-Lejber meta jkun fl-Oppożizzjoni u lil jappunta biex imexxi meta jkun fit-tmun tal-pajjiż.Ħa nagħmilha ċara kristall. Mhux qiegħed nikteb għax reġa’ tela’ fil-wiċċ Frank Fabri, imma biex nifhmu sew il-manurar tal-Lejber fl-Oppożizzjoni u l-Moviment Laburista fil-poter.Dak iż-żmien fil-Lejber, 2003 Frank Fabri kien il-konfidant ta’ Varist. Meta ġejt elett Sindku Laburista Jien, dan bil-vot tal-poplu, il-Lejber biddel id-deċiżjoni tal-elettorat billi daħħal kull bastun fir-roti biex jiena nirrinunzja mill-kariga ta’ Sindku u Frank il-Viċi jilħaq Sindku hu minfloki.Inkomplu.Frank Fabri jirreżenja minn Sindku biex jieħu l-inkariġu ta’ Prinċipal. Dan fi żmien Gvern Nazzjonalista. Jerġa’ jingħata kariga oħra fi żmien Gvern Nazzjonalista, issa Direttur.Wara li twarrab Joe Caruana, issa bil-Lejber fil-Gvern, Frank isir is-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni. Jiġi mġiegħel iwarrab wara li hu jaċċetta li l-Eks Ministru Justine Caruana tgħaddi job lill-persuna viċin tagħha.F’Settembru 2022, Fabri ma jitħalliex bla xogħol. Għalih jinħoloq l-ewwel Maniger Ġenerali fl-ITS.Waslet il-maħfra, illum 23 ta’ Frar 2024.Frank Fabri jingħata l-irwol bħala l-Kap Eżekuttiv tal-aquatic resources Malta.Dak hu l-Lejber = Inġustizzja soċjali.Ara miegħek mhux hekk jimxi.Imma inti żgħir.
Meta inti jekk tiżbalja naqra itajrulek rasek u rasek ħadd ma jsibha.
Moviment = ħbiberiji = ħniżrija = meritokrazija = pjaċiri = labour.
Nitgħallmu rridu. U nifhmu xi tfisser Malta tagħna lkoll.
Roadmap tal-ħniżrija”.