Ippubblikat rapport annwali mill-Bord Konsultattiv Nazzjonali dwar id-Dipendenza fuq id-Droga

Il-Bord Konsultattiv Nazzjonali dwar id-Dipendenza fuq id-Droga ippubblika r-rapport annwali dwar l-użu tad-droga, il-monitoraġġ kif ukoll l-azzjonijiet li jistgħu jservu t’għajnuna u ta’ gwida lill-vittmi tal-vizzju tad-droga.
Il-ħidma dettaljata tar-rapport tiffoka fuq is-sena 2022. Fost oħrajn irriżulta li 140 persuna tressqu l-Qorti b’rabta ma’ traffikar ta’ droga, filwaqt li diversi oħrajn tressqu quddiem it-tribunal wara li d-droga li nstabet fuqhom kienet għall-użu personali.
Il-Ministru Michael Falzon qal li pajjiżna qed ikompli jaddotta sistema li tenfasizza t-trattament kontra d-dipendenza iktar milli jieħu passi kriminali kontra dawk li nqabdu b’pussess ta’ droga għall-użu personali. “Il-pajjiż joffri servizzi tajbin, fit-tul u bla ħlas lil vittmi t’abbuż mid-droga,” saħaq il-Ministru Michael Falzon.
Manuel Gellel, li huwa l-kordinatur ta’ dan il-Bord, tkellem dwar diversi riżultati li ħarġu minn dan ir-rapport, fejn fost oħrajn instab illi 1,927 persuna fittxew l-għajnuna b’rabta mal-abbuż tad-droga, b’dawn iċ-ċifri jibqgħu kostanti mal-ħames snin preċedenti.
Nofs il-każijiet ġodda matul is-sena inkwistjoni kienu minħabba d-dipendenza tad-droga kokaina. L-ikbar problema marbuta ma’ din id-droga huwa l-użu ta’ dak magħruf bħala crack cocaine, li huwa l-aktar vizzju li jġib problemi fit-tul.
Mid-Detox tqassmu wkoll mas-76,000 siringa, li ħafna minnhom jintużaw għall-injezzjoni tal-eroina. Numru ħafna inqas ikkumparati minn għaxar snin qabel meta fl-2012 kienu tqassmu mal-500,000 siringa. Intant madwar 900 persuna fittxew l-għajnuna għall-eroina matul is-sena 202