“Il-Belt Valletta mhux fl-stil ta’ ħajja li jixraqilha”- Residenti Beltin

Hekk kif s-sena l’oħra għaddiet l’emenda fil-Parlament sabiex il-ħinjiet ta’ stabbilimenti ġewwa l-Belt Valletta jkollhom permess sabiex jkunu jistgħu jibgħqu miftuħin sas-siegħat bikrin ta’ filgħodu bil-għan li terġa tingħata l-ħajja fil-Belt kapitali, ” Residenti Beltin” jistqarru li ” l’ebda infurzar m’hu qiegħed isir għax l-Awtoritajiet u Rapreżentanti jaraw lil Belt Valletta bħala Cash Register BISS.”

Meta Pm News Malta tkellmet ma’ xi residenti, fost il-kummenti qalulna li “Hija ħasra li l-Belt Kapitali, li tagħmel parti mportanti mill-istorja ta’ pajjiżna spiċċat fi stat tal-biki u mhux xieraq. Ħafna sidien ta’ lukandi spiċċaw qed jitilfu klijenti li qabel kienu jiġu għall btala ġewwa pajjiżna sabiex jirrilassaw u kienu jagħżlu propju il-Belt Valletta pero’ issa ma jridux jersqu l’hemm !”