Il-ħaddiem f dan il-pajjiż kemm hu stmat?

Il-ħaddiem f dan il-pajjiż kemm hu stmat?
Solidarjetà mal-ħaddiema tfisser impenn biex dawn il- ħaddiema f’kull settur jakkwistaw kwalità ta’ ħajja aħjar.
” Solidarjetà ” huwa valur li jixpruna atteġġjament, loġika ta’ raġunar u mhux kelma biex iżżejjen diskors.
Mill-kliem irridu ngħaddu għall-fatti, mill-kliem għall-impenn u impenn li jfisser deċiżjonijiet favur il-ħaddiema ta’ kull settur u mixja tal-ħajja.
Inħarsu lejn il-poplu tagħna u naraw fih ġens ta’ ħaddiema, illum il-ħaddiem huwa dak tal-moħħ daqs dak tal-id.
Dak li huwa impjegat u dak li jħaddem.
Dak li jaħdem manwalment u dak professjonista.
Dak li jaħdem mal-gvern u dak li jaħdem mal-privat.
Iżda minn fost dawn hemm dawk li għandhom bżonn aktar għajnuna, dawk li l-paga tagħhom tħalliet baxxa, dawk bil-paga minima u qegħdin imissu mal-esperjenza tal-faqar.
Hemm studenti li wkoll jekk joħorġu mill-Università jew l-MCAST b’salarju ta’ professjonisti, ftit li xejn jistgħu jixtru l-propjetà fejn jistgħu ikollhom familja.
Hemm dawk li jixtiequ jkollhom l-ulied iżda jridu jaħsbu u jikkalkulaw qabel, għaliex jafu li bil-loans ma jistgħux ilaħħqu mal-ispiża tal-familja.
Għandna ħaddiema pensjonanti li l-għoli tal-ħajja saret pjaga.
Għandna l-ambjent li fih jgħixu l-ħaddiema tagħna li bil-kilba għal aktar u aktar flus u dipendenza tal-gvern fuq il- bini, irridu nibqgħu nibnu u nibnu.
Għandna l-edukazzjoni ta’ uliedna li bl-iskuża tal-inklużjoni biex nagħmlu eħfef l-ideoloġija tal-ġeneru, qed nispiċċaw noħolqu soċjetà ġdida fejn in-normalità qed imarrduha.
Għandna servizzi tas-saħħa li bħal infrastrutura ta’ servizzi ma tiflaħx id-domanda u l-lista għall-kura qed titwal.
Għandna l-kultura u loġika ta’ xejn ma hu xejn li qiegħed jiddemoralizza l-moralità u jġib fix-xejn d-differenza bejn is-sewwa u l-ħażin. Minħabba f’hekk il-bniedem qiegħed kull ma jmur isir numru u oġġett.
Għandna l-ġlieda għall-poter akkost ta’ kollox fejn il-PL u l-PN ma għadhomx relevanti mal-iskop u l-valuri li kienu organizzati biex iħarsu u jippromwovu.
Għandna l-mentalità popolari li għaliex tħallas għas-servizz, tagħmel skjav mill-ħaddiem u dan ghaliex hallastu.
Għandna l-iskjavi tagħna bħala qaddejja, dawn persuni tal-ġilda skura jew oħrajn tal-ġilda bajda fis-servizzi ta’ tpaxxija tal-gosti tal-ġisem jew xoghol li ma ghadux jsir mill-Malti.
Għandna l-iskjavi tal-ġisem u tal-moħħ.
Għandna ħaddiema demoralizzati għaliex għalihom ma hemmx tama ta’ paga aħjar meta l-gvern għal tal-qalba ,f’ negozjar tiegħu fil-bejgħ tal-assi ta’ nazzjon għandu flus x’jaħli izda jghid li ma ghandux flus x’ jinvesti fil-ħaddiema taghna.
Għandna l-PL u l-PN li lill-ħaddiema u lin-nies jgħidulhom
“Ħadd ma hu akbar mill-partit, ħadd ma hu akbar mill- pajjiż”. Mhux veru. Mhux minnu.
Il-bniedem, il-ħaddiem, l-istudent huwa akbar mill-partit u akbar mill-pajjiż.Il- bniedem huwa l qofol,il- primat li skop ghal hidma tal- partit politiku .
Il-partiti politiċi huma għodda f’idejn in-nies, il-ħaddiema, l-istudenti u mhux l-ħakkiema tal- bniedem, is-sidien tan-nies, tal-ħaddiema u l-istudenti.
Il-partiti għandhom dmir li jservu u mhux jaħkmu.Il- partiti politici huma l- mezz izda mhux l – ghan.L- ghan tal -partit politiku jibqa l bniedem.
Għandna l-politiċi li huma fid-dmir li jservu u mhux li jkunu arroganti, li jservu u mhux ikunu suppervi.
Dmir li jkunu onesti u mhux diżonesti, umli u mhux arroganti.
Għandna awtoritajiet li tilfu l-awtorità morali li saru jirrappreżentaw lill-ftit u mhux lill-kotra.
Tilfu l-awtorità morali għaliex tilfu l-integrità u l- kreddibikilta, saru jgħidu “iva” għall-kbar u jibzghu miz- zghar ghaliex iz- zghir tilef l- importanza tieghu.
Għandna poplu Malti u Għawdxi li qed jibża’ li mhux se jibqa’ sid ta’ daru ta’ pajjizu.
Għandna l-festa tal-ewwel ta’ Mejju li jeħtieġ tkun il-waqt li fih naħsbu kif il-ħaddiema tagħna jakkwistaw kwalità ta’ ħajja aħjar.
Il-ħajja hija sabiħa jekk naraw li niffaċċjaw il-verità u mhux naħarbu mill-verità.
Il-ħaddiema tagħna dawk li huma l-aktar fil-periferija tas-soċjetà qed jistennew daqqa ta’ id u mhux daqqa ta’ ħarta bil-wegħdi u l-ftaħir li ma jfissru xejn ħlief li l-kbir ikompli jikber u ż-żgħir ikompli jduq it-trab tal-art.
Għandna ġens ta’ ħaddiema jistennew ġustizzja u mhux establishment politiku li jibqa’ jidħaq bihom f’wiċċhom.
Għadna pajjiż li jeħtieġ li jerġa jgħati sens u valur lill-ħajja, il- familja u liberta’ u jgħaraf jgħix mill ġdid is – sabiħ tal-loġika ta’ Solidarjeta,.

 

Moviment Solidarjeta’ – Edwin Vassallo