Video – Il-kanzunetta l-ġdida ta’ MeadowStrings li iġġib l-isem ‘Waħdi”.

Il-kanzunetta l-ġdida ta’ MeadowStrings li iġġib l-isem ‘Waħdi’ miktuba minn Mario Camilleri u komposta minn Mario Camilleri u Magdalene Farrugia. Titkanta minn Magdalene Farrugia. Magdalene Farrugia u Mario Camilleri huma l-membri tad-duo band. L-esperjenza tal-kantanta tmur lura għal ċkunitha meta kienet membru ta’ kor tal-parroċċa ta’ Santa Luċija u fejn kienet kantanta solista u anki eventwalment bdiet tmexxi dan l-istess kor għal numru ta’ snin, liema kor kien anki jiħu sehem f’ħafna avveniment u tiġijiet. Aktar tard daħlet ukoll bħala membru tal-Joy Gospel Singers fejn kienet waħda mil-kantanti solisti.
Magdalene ingħaqdet ma’ Mario Camilleri f’dawn l-aħħar ħames snin bħala kitarrista u kantanta. Mario huwa wkoll kitarrista tal-band u dejjem ispirat għall-kitba tal-lirika tal-kanzunetti originali. Jieħu ħsieb ukoll il-vidjografija tal-kanzunetti oriġinali .
Is-suġġett tal-kanzunetta l-ġdida ‘Waħdi’
jitratta fuq meta persuna tispiċċa waħidha ‘il bogħod minn imħabba li m’għadhiex hemm. Tista’ tolqot lil kulħadd b’mod differenti; min tilef lil maħbub jew
maħbuba, min xi ġenitur jew wild u saħansitra anki xi annimal domestiku. Idea ta’ kif wieħed iħossu meta jġarrab telfa.