Id-direttiva l-ġdida, maqbula mal-Kunsill fis-16 ta’ Novembru 2023, ġiet adottata b’499 vot favur, 100 kontra and 23 astensjoni. Fiha lista aġġornata ta’ reati kriminali inkluż il-kummerċ illegali tal-injam, it-tnaqqis tar-riżorsi tal-ilma, il-ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi u t-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti. Il-Membri tal-PE żguraw li r-regoli l-ġodda jkun fihom l-hekk imsejjaħ reat kwalifikat, bħan-nirien fil-foresti fuq skala kbira jew it-tniġġis mifrux tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija, li jwassal għall-qerda ta’ ekosistema u għalhekk huwa komparabbli mal-ekoċidju.Pieni inklużi l-priġunerija u l-multiIr-reati ambjentali mwettqa minn individwi u rappreżentanti ta xi-kumpanija jkunu punibbli bi priġunerija skont kemm tkun dejjiema, severa jew riversibbli l-ħsara. Ir-reati kwalifikati jistgħujingħataw piena ta’ tmien snin, dawk li jikkawżaw il-mewt ta’ persuna b’piena ta’ għaxar snin ħabs u r-reati l-oħra b’piena li tammonta sa massimu ta’ ħames snin priġunerija.Kull min iwettaq tali reati jkun meħtieġ jirranġa l-ħsara li tkun saret lill-ambjent u jikkumpensa għal dik il-ħsara. Huma jistgħu wkoll jaffaċċjaw multi. Għall-kumpaniji, il-multi se jilħqu 3 jew 5% tal-fatturat dinji annwali tagħhom jew inkella EUR 24 jew 40 miljun skont in-natura tar-reat. L-Istati Membri se jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk iħarrkux reati kriminali li ma jkunux seħħew fit-territorju tagħhom.L-Istati Membri għandhom jorganizzaw it-taħriġ u jiġbru d-dataIl-MPE insistew li l-informaturi li jirrapportaw dwar reati ambjentali għandhom jingħataw appoġġ u assistenza fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali. Il-Membri tal-PE żguraw ukoll li l-Istati Membri jorganizzaw taħriġ speċjalizzat għall-pulizija, l-imħallfin u l-prosekuturi, iħejju strateġiji nazzjonali u jorganizzaw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni għall-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali. Id-data miġbura mill-gvernijiet tal-UE dwar ir-reati ambjentali għandha tgħin biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata aħjar u biex il-Kummissjoni taġġorna l-lista b’mod regolari.KwotazzjoniWara l-votazzjoni fil-plenarja, ir-rapporteur tal-Parlament Ewropew Antonius Manders (PPE, NL) qal: “Wasal iż-żmien li niġġieldu r-reati transfruntiera fil-livell tal-UE b’sanzjonijiet armonizzati u dissważivi biex jiġu evitati reati ambjentali ġodda. Skont dan il-ftehim, min iniġġes se jħallas. Barra minn hekk, huwa pass kbir fid-direzzjoni t-tajba li kwalunkwe persuna f’pożizzjoni ta’ tmexxija f’kumpanija responsabbli għat-tniġġis tista’ tinżamm responsabbli kemm hi, kif ukoll in-negozju nnifsu. Bl-introduzzjoni tad-dmir ta’ diliġenza, m’hemmx lok għall-ħabi permezz tal-permessi jew lakuni leġiżlattivi.”Il-passi li jmissId-direttiva se tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE. L-Istati Membri se jkollhom sentejn biex jittrasponu r-regoli fis-sistemi nazzjonali tagħhom.SfondIl-kriminalità ambjentali hija r-raba’ l-akbar attività kriminali fid-dinja u hija waħda mis-sorsi ewlenin ta’ dħul għall-kriminalità organizzata flimkien mad-drogi, l-armi u t-traffikar tal-bnedmin. Il-Kummissjoni introduċiet proposta biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent fl-UE permezz tal-liġi kriminali f’Diċembru 2021 bl-għan li tindirizza l-għadd dejjem akbar ta’ reati kriminali ambjentali. |