Il-mistoqsijiet li saru minn PMnews Malta lill-ADPD ġew imwieġba.

Dawn huma s-sett ta’ mistoqsijiet li staqsejna bl-email lill-Partit ADPD fit-8 ta` Awwissu.

Mistoqsijiet għall-ADPD.
1) Tistaw tgħidulna għaliex inthom jew il-kandidati tagħkom qed jattendu fi protesti fejn dawk li qed jipprotestaw iġorru kartelluni li jgħidu “favur l-ghazla” jew iktar estremi “ġismi l-għażla tiegħi” meta inthom ma taqblux mal-abort għal kull eventwalità ħlief fi 3 każijiet partikolari li huma Stupru, Inċest u meta l-omm tkun fil-periklu tal-mewt u favur id-dekriminalizzazzjoni tieghu? Ma taħsbux li din hija biss politika tas-sajd għall-voti? Ma taħsbux li mhux qed tkunu trasparenti maghhom ukoll?
2) Dak li qed titolbu dwar l-abort huwa l-istess politika kważi identika ma’ dak li kien jgħid Norman Lowell fejn dan ġie kkritikat mill-liberali diversi drabi u issa qed tadottaw kwazi l-istess politika dwar l-abort. X’taħsbu dwar dan?
3) Qed timbottaw lill-kandidata tagħkom Sandra Gauci biex din tkun kandidata ghall-parlament Ewropew liema votazzjoni ser isseħħ fl-2024. Ma taħsbux li jkun aktar għaqli li din tgħidilna, jekk ladarba tkun fil-parlament, jekk hux ser taqbel mal- linji tal-partit ADPD, u tivvuta ma’ dawk it-tliet każijiet imsemmijin b’mod partikulari hawn fuq biss filwaqt li ma taqbilx mal-bqija? Jekk tivvotta biss m’ dak li l-partit ADPD qied jippropni fil-manifest tiegħu, ma taħsbux li dan ser ikun ukoll kontra l-idea ta’ dawk li jridu abort għal kull eventwalità?
Qed ikun hemm impressjoni li dak li qedin tippromwovu fil-manifest tagħkom mhux jaqbel ma’ dak li qed jingħad fil-protesti fejn il-kandidati tagħkom qed jipparteċipaw.

 

Dawn huma t-tweġibiet eżatt kif irċevejna lura mingħand il-partit ADPD illum 16 ta’ Awwissu.

Il-politika tagħna dwar l-abort hi waħda ċara u hi  riżultat ta’ diskussjoni interna li damet għaddejja. Kuntrarjament għal dak li tgħid mhiex identika mal-politika ta’ xi partit ieħor f’Malta.
Meta nipparteċipaw f’attivitajiet pubbliċi organizzati minn korpi oħra dwar l-abort ma jfissirx b’daqshekk li nkunu qed nibdlu l-politika tagħna. Is-sehem tagħna f’dawn l-attivitajiet wieħed irid jarah fil-kuntest u l-motivazzjoni tal-attività partikolari.
Dwar il-kandidaturi tagħna għall-Parlament Ewropew nifurmawk li s’issa għad ma ħadna l-ebda deċiżjoni dwar min ser ikunu il-kandidati tagħna.