Attakk ieħor fuq il-paġna tal-PMN Malta mill-pjattaforma Facebook.
Għat-tieni darba FB għażel li jagħlaq kompletament il-paġna PMN MALTA dik ta’ FB dan minħabba żewġ episodji li huma, darba għax għamilna share fuq il-paġna PMN ta’FB tal-programm “Il-politiku” li huwa ppreżentat min Malcolm Seychell, FB bgħatilna l-ewwel flag li skond hu dan jikser ir-regoli u li dan imur kontra l-istandards tal-komunità ta’ FB. Dan ix-share kien jikkonsisti biss fid-dħul ta’sigla tal-programm “il-politiku”.
Wara ftit għamilna programm ta’ dibattitu fiq “Il-politiku”dan kien episodju 33 ppreżentat minn Malcolm Seychell u dibattitu kien bejn żewġ dibattturi Mario Camilleri u Fr David Muscat, it-tema kienet votanti vs non-votanti. Wara ftit dan l-programm kien shared fuq il-paġna FB PMN MALTA, ġara li wara ftit ġranet il-FB bagħtulna avviż ieħor ta’ flag bi ksur tal-community standards li l-paġna PMN MALTA qed għal darb’oħra qed tagħti possibilment spazju għal xi nies perikolużi u li skont huma il-mistieden Fr. David Muscat imur kontra l-istandards komunitarji ta’ FB.
Wara ftit ġimgħat mingħajr ebda avviż sibna li l-paġna tagħna m’għadhiex tidher iktar fuq il-pjattaforma tal-FB.
Ktibna l-FB u għamilna l-appelli tagħna iżda waqa’ kollox fuq widnejn torox.
Jidher li qed titkompla ċ-ċensura kontra PMN Malta u li ovvjament ħadd u l-ebda assoċjazzjoni tal-ġurnalisti Maltin qatt ma tkellmet kontra din iċ-ċensura.
PMN se tkompli tagħmel minn kollox sabiex tiġi eliminata ċ-ċensura, dejjem iddikjarajna li aħna kontra kull ċensura u li naqblu ma’ libertà tal-espressjoni u li kulħadd għandu dritt għaliha anke skont kapitlu 4 tal-kostituzzjoni ta’ Maltija.
English version