Il-Qorti tordna rifużjoni mil-ARMS lill-klijenti tagħha li kienu trattati b’mod inġust,

L-ONOR Imħallef Anna Felice tilqa’ t-talba tas-Sur Darren Cordina u n-Nutar Dottor Melvin Polidano u titlob lill ARMS sabiex tirrifondi l-ammont kollu li tħallas żejjed minħabba l-fatt illi l-kontijiet inħadmu pro-rata u mhux abbażi ta’ konsum kumulattiv annwali u dan b’lura mit-2 ta’ Mejju 2017.
 Automated Revenue Management Services Limited hija li tibgħat il-kontijiet u tiġbor il-ħlas tal-istess kontijiet b’referenza għall-konsum ta’ tali utilità. Jirriżulta li l-esponenti kienu qed jintalbu sabiex iħallsu għall konsum tas-servizz provdut mil ARMS pro-rata fuq bażi annwali meta fil-fatt dan ma kellhux isir skond il-Liġi Sussidjarja 545.01 senjatament l-Ewwel Skeda (Regolament 36) subinċiz tnejn (2),fejn jindika li t-tariffi għas-servizzi għal-post residenzjali għandhom ikunu suġġetti għat-tariffa tal-konsum li hu bbażat fuq konsum kumulattiv annwali.
Darren Cordina bħala sid il-fond u li kien qiegħed jirċievi l-kontijiet, ippreżenta protest li fih huwa ikkontenda li l-avviż tal-ħlas li huwa irċieva ma jirriflettix dak li tipprovdi l-iskeda fl-imsemmi Avviż Legali nkwantu kif kellu jinħadem l-ammont dovut fuq bażi annwali u lanqas ma tipprovdi għal eventwali rifużjoni jew talba għall-ħlas f’każ li l-konsum ikun eċċeda t-talba għall-ħlas maħduma bil-pro-rata.
Cordina talab lill ARMS sabiex jirrevedu t-tariffa saħansitra anki bi protest uffiċjali l-Automated Revenue Management Services Limited nhar it-2 ta’ Mejju tas-sena 2017. Fil-Qorti ntqal li l-Automated Revenue Management Services Limited baqgħet ma ottempratx ruħha, anzi rrispondiet lura b’mod li lanqas biss jinkwadra f’dak mitlub minn Cordina fl-imsemmi protest.
B’konsegwenza ta’ dawn il-kontijiet li kienu qegħdin jirċievu l-esponenti, huma ma setgħux jgawdu is-sistema ta’ underfloor heating li hemm installata fir-residenza tagħhom u lanqas ma setgħu jikkonsmaw is-servizz kif jixtiequ huma. L-esponenti qalu li anki ġew mhedda li ser tinqgħatalhom il-provvista
tad-dawl u li kellhom iħallsu il-kont eċċessiv taħt protesta.
Il-Qorti ordnat  lill ARMS sabiex mil-4 ta’ Lulju 2022 il-quddiem tibda tagħmel il-komputazzjoni tagħha fil-kontijiet tal-konsumatur b’ tali mod li dawn jirriflettu l-Liġi Sussidjara 545.01 u ċioè leġislazzjoni favur il-konsumaturi u  d-direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur u d-Direttiva 2011/83/UE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet talKonsumatur u d-Direttiva 2012/27UE dwar l-Efficjenza fl-Energija kif ukoll 2005/29UE kif trasposta f’Kapitolu 378 tal-Liġijiet ta’ Malta dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern jew il-liġi viġenti minn żmien għall żmien.

Referenza tal-Kawża -1021 / 2017