Ir-rispett lejn id-diversità lejn l-umanità ġenwina tal- bniedem hija milja ta’ rispett lejn l-ugwaljanza

Il- Moviment Solidarjetà fi stqarrijja jgħid li bħala Moviment iwiegħed li jaħdem favur it-tisħiħ ta’ dawn il-valuri umani u soċjali u fuq kollox huma valuri nsara.
1. Ir-rispett lejn id-diversità lejn l-umanità ġenwina tal- bniedem hija milja ta’ rispett lejn l-ugwaljanza.
2. Il-ħarsien tal-ħajja mill-konċepiment sal-mewt naturali u ” le” għal kull liġinli hija riżultat tal- kultura u loġika tal-mewt inkluż ” le” għalnkull gwerra u mibegħda.
3. Ir-rispett u t-tisħiħ tad-dinjità ta’ kull raġel u mara.
4. It-tisħiħ tad-dinjità tal-familja naturali msejsa fuq l-imħabba bejn raġel u mara u fejn ikun rispettat id-dritt li l-ulied għandhom dritt għall-ġenituri naturali tagħhom.
5. Ir-rispett lejn id-dinjità tal-ħaddiema u lejn min iħaddem, flimkien il-ħaddiem u l-imprenditur joħolqu x-xogħol li fih innifsu huwa valur .
6. It-tisħiħ tal-valur tal-paga ġusta u l-qligħ ġust għal min qiegħed fin-negozju .
7. It-tisħiħ tal-valuri ta’ dritt u legalità fejn il-ġustizzja trid issir u tidher li qed issir, u fejn il-poplu tagħna jħossu sigur jimxi fi triqatu.
8. It-tisħiħ tal-valuri tal-Onestà u s-sens tad-dmir u trasparenza li huma pilastri essenzjali ta’ soċjetà ċivilment avvanzata.
9. It-tisħiħ tal-libertà personali u demokrazija huma li jwasslu biex poplu jgħix fil-milja tad-dinjità tiegħu.
10.Il-ħarsien tal-valur tal-ambjent ,d- dar naturali fejn jghix il- bniedem.
11.It-tisħiħ tal-valur tal-ġid li jeħtieġ li jinħoloq, jitkattar u jinqasam b’ mod ġust. Hawn trid tibda l-ġlieda kontra l-faqar bil-ħolqien ta’ xogħol innovattiv għall-ħiliet kollha tal-bnedmin. Il-faqar li rridu neliminawh aktar ma noħolqu xogħol u nsaħħu l-familja.
12.It-tisħiħ tal-valur tal- ambjent u l-klima li ma tistax tiġi sfruttata iżda mħarsa minn kull tniġġis materjali kif ukoll mill-ispekulazzjoni u rebgħa li twassal ghal- qerda tal-valur tal- bniedem.
13. It-tisħiħ tal-valur ta’ responsabbilità ta’ wieħed lejn l-ieħor, dan huwa s-sabiħ tal-valur ta’ Solidarjetà . Irridu nagħmlu minn kollox biex mill-ħarsien tal-valur ta’ solidarjetà ngħejxu aħjar il-valur tal-fraternità fejn wieħed ikun tajjeb mal-ieħor.
14. Il-ħarsien tal-valur tal-fiduċja li jrid jeqred u jġib fix-xejn l-indifferenza u l-aljenazzjoni għall-ħtiġijiet ta’ xulxin.
15.It-tisħiħ tal-valur tal-ħniena u l-kura lejn xulxin u l-aktar lejn dawk vulnerabbli, anzjani, ħaddiema, morda u tfal.
16. Il-ħarsien tal-bniedem minn kull sfruttament. Il-ħajja tal- bniedem qatt ma tista’ tispiċċa skartata jew ttraskurata. La f’dinja ta’ xogħol u fl-ebda ċirkustanza oħra tal-ħajja.
Dan huwa l-iskop li nħarsu u nsaħħu dawn il-valuri umani sabiex nkunu qed inħarsu u nsaħħu d-dinjità tal-bniedem fil- ħarsien tal-ġid komuni.
Edwin Vassallo