AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara li saru xi analiżi, il-prodotti hawn taħt imsemmija m’għandhomx jiġu kkonsumati minn persuni allerġiċi għas-sulfati (sulphites), peress li tali addittiv instab fil-prodotti msemmija mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta.
Deskrizzjoni tal-prodott:Pitted Apricots
Dittà:Simpler Cheaper
Data tad-durabbilità:Best Before: 13/12/2023
Data tal-ippakkjar:16/02/2023
Deskrizzjoni tal-prodott:Golden Raisins
Dittà:Country
Data tad-durabbilità:Best Before End: December 2023
Numru tal-lott:1121/026.21

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.