Fis-sitta ta Ġunju din il-gazzetta ġiet ikkuntattja minn xi persuni fuq ħmieġ li kien hemm fejn il-kappella tal-Providenza ġewwa is-Siġġiewi. Il-bieraħ numru ta` nies għamlu kuntatt magħna u bagħtulna ukoll xi ritratti ġodda.
Jidher li mhux talli is-sitwazzjoni ma rranġatx ruħha iżda saħansitra marret għal agħar, kif tistgħu taraw ir-ritratt meħud filgħaxija u ieħor filgħodu bil-ħmieġ mxerred mal-art fejn jista’ jkun li xi annimali qattaw il-boroż ta` żibel ma` tul il-lejl ukoll.