Jekk ma taqbilx tispiċċa ttimbrat estremist

Skont pubblikazzjoni li ħarġet dan ix-xahar , bosta spiċċaw ittimbrati bħala vjolenti, estremisti, jxandru misinformazzjoni u l-famuża tabella ta’ ” Anti-Vaxxer”. Din il-pubblikazzjoni ġiet ikkummissjonata mill-Kummissjoni Ewropea u ġiet ippreparata minn REOC Communications f’isem RadarEurope, sussidjarja ta’ RadarGroup.
Għaldaqstant fl-aħħar jiem rajna kif ċertu diskors nbidel fosthom li min tlaqqam kontra l Covid19 xorta jista’ jitrasmetti l-virus. L-awtoritajiet fosthom Maltin għamlu xhur jgħaddu misinformazzjoni lill pubbliku iżda kollox baqa’ għaddej qisu qatt ma kien xejn.
Apparti li wieħed jigi msejjaħ vjolenti jew Anti-vaxxer għaliex staqsa jew ma riedx din it-tilqima fi stadju esperimentali, għadu jiġi ġġudikat, mgħajjar u pprojbit milli jaqsam l-opinjoni tiegħu.
Nistaqsi, Kif wara li xbajna nisimgħu bil-liberta’ ta’ l-espressjoni, liberta fuq is-saħħa ta’ l-individwu, għadna naraw pubblikazzjonijiet bħall dawn maħruġa taħt il-Kummisjoni Ewropeja ?
Milli jider iċ-ċanfir mhux ser jonqos iżda ser jibqa’ hemm sakemm tintlaħaq l-ubbidjenza assoluta. Huwa faċli li wieħed jwaħħal fiċ-ċittadini milli fil-gvernijiet u awtoritajiet li sippost kellhom ir-responsabilita’ f’dan ir-rigward.
Ħafna mill-protesti barra minn xtutna li fihom attendew protestanti vjolenti, dawn l-istess protestanti kienu mħallsa sabiex jagħmlu l-atti li għamlu.Ma ninsewx li kien hemm mijiet ta’ protesti madwar id-dinja favur il-liberta ta’ l-għażla li ġew interpretati b’mod inġust mill-midja globali. F’dawn il-protesti attendew tfal,anzjani u nies ta’ kull eta li dawn spiċċaw taħt il-kategorija ta’ ribellużi u saħansitra kien hemm minnhom li spiċċaw attakati mill-pulizija preżenti.
Kif jgħid il-Malti, ” Id-dnub ma jorqodx !” u l-verita toħroġ dejjem.

Ara l-pubblikazzjoni hawn

One thought on “Jekk ma taqbilx tispiċċa ttimbrat estremist

Comments are closed.