Tlett ijiem wara li l-studenti rritornaw lura l-skola mill-btajjel tas-sajf, ġewwa l-skola primarja ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi bosta tfal kif ukoll edukaturi li jattendu din l-skola sabu dak li ma kienux qed jittamaw li jsibu. L-ilmenti dwar l-stat ta’ din l-skola partikolari ilhom għaddejin ġmielhom fejn saħansitra tressqet Mistoqsija Parlamentari fl-4 ta’ Awwissu 2022 mill-M.P Jerome Caruana Cilia lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ,iżda milli jidher kien għalxejn.
Ix-xogħol kellu jsir fil-btajjel tas-sajf pero’ għall xi raġuni dan ma sarx b’konsegwenza li l-studenti kif ukoll l-staff ta’ l’iskola ser jkollhom jqattgħu siegħat twal f’ambjent xejn pjaċevoli sakemm min hu kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex din l-skola jkollha ambjent dinji u xieraq għall kull min jattendi fiha.