Malta qeda tghix taht dittorjat assolut barrani.

Il-vot tal-lum favur l-abort fil-parlament Ewropew juri fic-car li Malta qeda tghix taht dittorjat assolut barrani. Dan ghaliex minkejja li meta dhalna bi shab maghhom, weghduna li Malta ha jkolla vuci daqs hadt iehor, il-verita hija li Malta tal-lum m’ghanda l-ebda vuci ghax anke dawk li jirraprezentawna qas biss tnifsu meta d-drittijiet taghna regaw gew mehuda b’mod illegali mil-parlament Ewropew..” Qal il-Kap tal Partit ABBA, Ivan Grech Mintoff.
Huwa kompla: ”Minkejja li Malta ghanda deroga cara fuq l-abort u li dejjem qalulna li l-abort huwa ‘kompetenza ta kull stat u mhux tal-UE u li qatt m’huma ha jindahlulna, illum harget l-imponiment car u l-arroganza tremenda kontra l-Maltin permez ta vot li qas biss messu gie mholli jittiehed ghax m’ghandhom l-ebda dritt jiddeciedu dawn l-affarjiet fuqna!
Dik il-kelma ta rgulijja li huma tawna bil-miktub meta dhalna, ma tiswiex karlin. Ghalihom, dak biss li huma jiddeciedu fil-parlament ewropew jodd anke jekk dan imur kontra r-rieda tal Maltin, jikser id-drittijiet taghna, joqtol trabi mhux imwielda, u huwa ksur car tal-ftehim li ghamlu maghna.
La rrapresentanti taghna hallew id-drittijiet taghna jergaw jigu miksura b’dan il-mod, il-Partit pro-life ABBA qed iwieghed min issa li l-Kandidati taghna fil parlament ewropew irregu lura kull dritt li s’issa gie mehud minna specjalment fuq il-hajja tal-Maltin. F’Malta ha nibqaw ukoll nigbru l-firem biex isir ir-referendum abrogattiv kontra l-emenda fil-ligi ta’ l-abort li dahlet mil-parlament Malti kontra r-rieda tal-poplu. Malli nigbru firem bizzejjed, iva f’ Malta jkollna rebha kbira daqs ta Roe vs Wade. Inwaqfu l-abort f’Malta u allura b’sinjal kbir, bilfors inwaqfuh ukoll fil-Parlamet Ewropew meta dak li sar illum huwa kollhu llegagli..
Ma nistawx nibqu nhallu lil-presidenta Metsola kif ukoll il-parlament taghha jibqa jimponi ligijiet tad-dlam u tal-wahx bhal dawn, b’mod illegali ghax l-unika vera dritt ewlieni jibqa biss id-dritt tal hajja u qatt hadd ma jista jkun hemm dritt li joqtlu trabi innocenti jekk mhux bi pjan li seta biss jigi mix-xitan innifsu. Malta kien u jibqa pajjiz Kristjan u l-Maltin ser jibqu jhadnu twemmin u valuri gholjin u dinjituzi.