MARPO tagħmel żjara ta’ korteżija lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia rċieva żjara ta’ korteżija mill-membri tal-Malta Association of Retired Police Officers.
Matul il-laqgħa, il-membri tal-MARPO ddiskutew diversi temi ta’ importanza relatati mal-eks membri li servew għal snin twal fil-Korp tal-Pulizija, fost dan, dwar l-għoti tal-midalja għal servizz twil u effiċjenti lill-eks membri.
L-Ispeaker Farrugia rringrazzja lill-eks membri tal-korp għas-servizz li taw lura fiż-żmien u awgura biex aktar żgħażagħ jingħaqdu fil-Korp tal-Pulizija ħalli joffru servizz lil pajjiżna u liċ-ċittadin.  ​