Pajjiżna jeħtieġ nies onesti.

Dan il-pajjiż qiegħed isir aktar u aktar “unliveable”.
Id-diżonestà qed therri poplu mit-trankwilità li kien imdorri jgħix fiha.
“Ix-xejn mhu xejn” iddemoralizza poplu.
Kull istituzzjoni tilfet l-awtorità morali tagħha.
Il-poplu tagħna spiċċa merħla bla ragħaj. In-nagħaġ ma jistgħux jafdaw aktar lill-familja tar-ragħaj tagħhom.
It-teorija ta’ “the end justifies the means” qerdet poplu u ġabitu poplu jgħix f’kultura u loġika fejn biex tasal għamel dak li jaqbillek.
Il-gvern spiċċa f’għoqda li aktar ma jidher li qieghed jiddefendi lill-ħalliel jew ħallelin aktar qiegħed jitkebbeb f’din l-għoqda.
L-oppozizjoni libset maskra ta’ għaqda li jekk terġa’ taqa’ din il – maskra issa tagħmel straġi enormi.
Jekk irridu l-istituzzjonjiet jaħdmu ejjew ninsew aktar emendi fil-liġijiet iżda neħtieġu aktar nies onesti jemmnu fid-dmir ta’ servizz lejn in-nies u mhux aktar lejhom infushom.
Ma nistgħux dan il-pajjiż nirriduċuh għal għar tal-ħallelin.
Minn idejn mafia għal idejn mafia oħra għaliex l-akbar interess u enerġija li tmexxi inħalluha tkun il-kilba għall-flus u r-rebgħa.
Għandna pajjiż x’ noffru t-tama.
Għandna poplu biex inroddulu lura ġieħu.
Ejjew ma naqtgħux qalbna mill-valuri li dejjem saħħew poplu ,valuri li offrew viżjoni u sedqu fina tama.
Ejjew nemmnu li jekk irridu, kapaċi noffru lil uliedna u lilna nfusna present u ġejjieni sabiħ.
Neħtieġu nerġgħu
nemmnu fl-onestà.
Edwin Vassallo.