L-NGO’s ta’ LGTBIQ mhux jgħinu iżda jtellfu

Waqt il-programm ta’ Nhar it-Tnejn,20 ta’Marzu,2023, il-“Politiku” ma’ Malcom Seychell, il-mistieden Billy McBee qajjem diversi punti nteresanti u tkellem kif l-NGO’s li jirrapreżentaw il-komunita’ ta’ LGBTIQ ma jinkludux opinjonijiet ta’ persuni omosesswali, waqt il-laqgħat li jtellgħu.
Semma’ kif wara ħafna tbatijiet li kellhom jgħaddu minnhom persuni omosessawali sabiex jiġu aċċetati fis-soċjeta’, issa bir-raġunament ibbażat fuq perspettiva u opinjonijiet mingħajr bażi solida ta’ xjenza, kif ukoll l’inzzjattivi li qed jieħdu dawn l’istess NGO’s, qed jerġgħu jitfgħu f’dell ikrah lill dawn il-persuni.
Billy stqarr li ma’ jaqbilx li tfal żgħar jkunu esposti għall attivitajiet li jistgħu b’xi mod jinterferu mat-tfulija tagħhom. Semma’ kif dan l-aħħar f’attivita partikolari mtella’ għall tfal ta’ eta żgħira kellha tidħol l’Identita’ tal-Ġeneru.
Qal kif ħassu meta f’xi stabbilimenti twaħħlu ‘stickers’ li juru li huma ‘LGTBIQ friendly’. ” Mela aħna xi annimali ?” qal Billy. Hu qal li dan kollu kien bla sens għax hu qatt ma kellu problemi jidħol f’xi stabbiliment. Semma’ kif persuni omosesswali jilbsu b’mod ‘Extravaganti’ u kontra “Dress Code” ta’ xi stabbilmenti, jippretendu li jidħlu u jekk ma jiġux aċċettati bl’ilbies tagħhom jgħidu li ma daħħluwomx sempliċiment għax huma “Gays”.
il-‘Gay Pride’ twaqqa’ d-dinjita’ ta’ nies bħalu għaliex il-mod kif tiġi mtella’ ma tiriflettix l’identita vera tal-persuna omsesswali.
Billy jgħid li għalkemm hu ‘Gay’, ma jaqbilx ma’ l-aġenda li għandhom dawn l-NGO’s li sippost qegħdin hemm biex jgħinu!