PM News Malta jerġa’ jibda jxandar t-trasmissjonijiet

Id-Diretturi ta’ PMNews Malta bi pjaċir jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali li se nerġgħu nibdew ix-xandir tagħna kif ukoll il-gazzetta tagħna online fil- ġranet li ġejjin, għall-konvenjenza ta’ dawk kollha li jeħtieġu mezz tal-midja li jippermettilhom jesprimu t-tħassib u l-opinjonijiet tagħhom.
Kif intqal qabel, l-aħħar jiem kienu diffiċli għalina għaliex kellna niffokaw fuq il-każ tagħna għaddej fil-qorti, madankollu anke jekk waqqafna l-midja tagħna għal ftit żmien, ix-xogħol tagħna fl-istudios ma waqafx. Meta nibdew ix-xandiriet, ser tinnotaw l-istudio set-up li għadu kif ġie rinnovat u li nittamaw li ser jkun għas-sodisfazzjon tagħkhom, iżda l-aktar importanti li ir-riżultat finali jkun ħafna aktar professjonali.
Barra minn hekk, se nkunu qed nipprovdu wkoll kiri ta’ studios u streaming professjonali bi prezz konvenjenti ħafna. Jekk inti interessat, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-editur tagħna, Mario Camilleri, fuq [email protected] jew [email protected] sabiex ikun jista’ jagħtik aktar informazzjoni.
PMNews Malta tinsab determinata li tkompli bl-iskop tagħha li tippubblika materjal ‘Veritarju’, teduka lill-pubbliku, u toffri pjattaforma għal dawk kollha li għandhom bżonn post fejn jaqsmu l-istorja tagħhom.
Irridu nieħdu din l-opportunità biex nesprimu l-gratitudni tagħna lil kull min bagħat donazzjonijiet, iżda rridu wkoll nenfasizzaw li għad għandna bżonn niġbru fondi biex nkomplu bil-ħidma tagħna.
Jekk tixtieq tagħti donazzjoni, jekk jogħġbok agħmel dan billi tikklikkja fuq il-buttuna tad-donazzjoni fuq il-paġna ewlenija tagħna jew ikkuntattjana direttament sabiex inkunu nistgħu nsibu mezz konvenjenti għalik.