Serhiy Haidai jgħid li t-truppi ta’ Moska qed jimbuttaw biex jidhlu fil-belt, fil-Lvant tal-Ukrajna, hekk kif tkompli l-offensiva ta’ Donbas.
Il-Gvernatur ta’ Luhansk Serhiy Haidai qal li l-forzi Russi laħqu l-periferija tal-belt ewlenija ta’ Severodonetsk u qed jidħlu fil-belt. Haidai jgħid li Severodonetsk m’għandux fjuwil jew ilma u m’hemm l-ebda possibbiltà li dawn is-servizzi jiġu restawrati. Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal li l-infrastruttura kritika kollha f’Severodonetsk ġiet meqruda u 90 fil-mija tal-bini saritilhom ħsara. Il-“liberazzjoni” tad-Donbas tal-Ukrajna hija “prijorità inkondizzjonata” għal Moska, filwaqt li territorji oħra tal-Ukrajna għandhom jiddeċiedu l-futur tagħhom waħedhom, jgħid il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergey Lavrov. Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea se jiltaqgħu nhar it-Tnejn biex jiddiskutu aktar appoġġ għall-Ukrajna u l-pakkett li jmiss ta’ sanzjonijiet tal-UE kontra Russi
⚡️ Luhansk Oblast governor: Heavy fighting in streets of Sievierodonetsk.
Serhiy Haidai said that the Russian troops are advancing deeper into Sievierodonetsk, the last major city in Luhansk Oblast under the government control, and continue to shell the Bakhmut-Lysychansk road.
— The Kyiv Independent (@KyivIndependent) May 30, 2022