Rigward il-każ li nqala’ f’dawn l-aħħar ġranet waqt seduta fil-qorti,il-Kamra tal-Avukati bi stqarrija tirreferi għal stqarrijiet li dehru dan l-aħħar fil-midja b’rabta mal-komunikazzjoni li rċeviet mill-Qorti tal-Maġistrati, fejn il-Mag. Micallef Stafrace irreferiet għall l-aġir ta’ żewġ avukati waqt seduta tal-Qorti. Il-Maġistrat qalet “l-Qorti tħoss li din l-imġieba hi ta’ disrispett kbir għaliha u tordna notifika lil kamra tal-avukati għal kull provediment li jidhrilhom opportun.”
Dr.Janice Chetcuti kitbet fuq il-profil tagħha tal-midja soċjali sabiex turi apprezzament kif ukoll qalet li ” Ir-reputazzjoni ta’ kull individwu m’għandu jmissha hadd !” Hi kompliet billi kitbet li qed tistenna li dan il-verbal li skond hi kien bi kliem malafamanti u li l-iskop tiegħu kien sabiex jħammiġha, jiġi irtirat.