Tlifna l-kuxjenza soċjali u għalhekk tlifna kull sens ta’ ġustizzja soċjali.

Moviment
SOLIDARJETÀ
Ħajja, Familja u Libertà.
1. Qatt daqs illum ma kellna l-valuri tal-ħajja, tal-familja u tal-libertà, mhedda mill-istess establishment politiku u l -media liberali f’pajjiżna.
2. Qatt daqs illum ma kellna l- poplu tagħna qiegħed jgħix f’realtà fejn it-tmexxija tal-pajjiż tilfet kull awtorità morali, bl-establishment politiku joffri l-libertinaġġ bħala loġika ta’ ħajja biex jirbaħ il-voti, mingħajr ma ħadd jimpurtah mill-kaos soċjali u l-uġigħ li l-loġika tal- libertinaġġ b ‘raġunar ta’ xejn ma hu xejn u l – qerda tal-valuri, qed toħloq fis-soċjetà.
3. Qatt daqs illum ma kellna socjetà tiddependi mid-dipendenzi, fejn kull ma jmur qed naraw f’pajjiżna jikkawżaw żieda ta’ dipressjoni, solitudni, faqar u kriminalità li qed issir taħt l- influenza tad-droga.
4. Qatt daqs illum ma kellna socjetà li tilfet lil dawk li huma fi dmir kostituzzjonali li jħarsu d-demokrazija fil- pajjiż. Dan għaliex bil-qbil li sar lejn politika liberali, intilfet il-parzjalità u l-awtonomija ta’ dawk li huma l-gvern, l-oppożizzjoni u l- media, li issa saru establishment politiku wieħed.
5. Qatt daqs illum ma kellna soċjetà li qed tibża’ min-nuqqas ta’ sigurtà f’pajjiżna u fit-toroq tagħna.
6. Qatt daqs illum ma kellna soċjetà li tilfet it -tama fil-ġejjieni tagħna f’pajjiżha, tant li llum l-aljenazzjoni minn dak kollu li qed iseħħ madwarna saret fost l-akbar marda soċjali fil-pajjiż.
Dan kollu għaliex tlifna l-kuxjenza soċjali u għalhekk tlifna kull sens ta’
ġustizzja soċjali.
Għalhekk quddiem dan l-uġigħ u kaos soċjali li qiegħed iġarrab il-poplu tagħna fejn sirna niddependu biss mis-saħħa tal-flus li saru l-Alla l-ġdid għal uħud minn fost il-poplu tagħna, l-unika enerġija li tista’ toffri alternattiva għal din ir-realtà hija l-enerġija li persuni ta’ rieda tajba jiġu flimkien biex naħdmu flimkien ħalli noffru tama u fiduċja favur
It-tisħiħ tal- valuri:
Ħajja,
Familja u
Libertà.

Edwin Vassallo