Fi programm Esklussiv fuq PM News Malta, nhar il- Ħadd, 2 ta’ April,2023, Miriam Cassar tirrakkonta kif ħajjita nbidlet mill-Lejl għan-Nhar b’mod misterjuż u kif saħħitha qed tidditerjora kull ġurnata li tgħaddi. Miriam titlob sabiex min hu kkonċernat jgħina tifhem x’qed jiġrila kif ukoll tingħata l-kura meħtieġa biex terġa’ tibda tgħix.
Miriam Cassar, tħoss li għandha problemi ta’ saħħa li ħarġulha dawn l-aħħar sena u nofs, tgħid li l-Isptar ma jistgħax isib djanjożi ta’ dak li hija għandha anke’ wara ħafna testijiet li saru fuqha. Hija tgħid li qed tħoss nixfa kbira ma’ ġisimha kollu u ġisimha qed jittiekel litteralment u x-xaħam tagħha qed jisparixxi.
Waqt il-programm ċempel il-ħabib ta’ Miriam, is-Sur Ray Fava jispjega wkoll minn xiex hi għaddejja ta’ kuljum kif ukoll il-ħin li qatta’ magħha u għena kif seta’ sabiex hija jkollha djanjożi, iżda s’issa għadu ma nstab xejn.
Ara l-filmat sħiħ u xerred sabiex insibu kura għall din il-mara.