Kwistjoni tal-abort kif nifhimha jien u lil min se nivvota.

 F’dan il-pajjiż hawn żewġ partiti ewlenin li huma PL u PN u tlett partiti oħra żgħar, fosthom l-ADPD li jispikka l-aktar u warajh nsibu l-Partit Popoplari u l-ABBA. Wieħed jista’ jara kif b’xi mod qed jaħsbu dwar l-abort u nibda mill-PL fejn hemm diversi membri fi ħdanu li b’xi mod huma favur dan l-att u fil-fehma tiegħi mhux qed jaħbuh. Il-PN min-naħa l-oħra għandu wkoll membri fi ħdanu u issa wkoll Dr. Metsola bdiet tikteb kliem li tista’ tgħid huma favur id-drittijiet tan-nisa li għandhom dritt li jagħmlu abort rajna l-post tagħha fuq Twitter fejn kitbet dan kollu. Hemm l-ADPD li jgħidu li l-abort f’ċerti ċirkostanzi għandu jkun dritt b`xi membri jgħidu ukoll li għandna nħallu mara tiddeċiedi dejjem għax hemm bzonn nafdaw lin-nisa tagħna u għandhom jiddeċiedu huma biss u mhux is-socjeta`. Hemm il-Partit Popolari li qed jgħid li qatt ma jaqbel mal-abort u li dan huwa qtil kif ukoll l-Abba li huma bl-istess opinjoni.
Ħsibta darbtejn u irriflettejt ftit u ħa nagħti ftit eżempji u ser nibda, li kieku kont favur l-abort x`kont nagħmel u lill min kont nivvota. Bla dubju se jkolli nagħżel wieħed mit-tlett partiti (PL, PN, ADPD) imma kont ftit konfuż għax minn dak li nifhem u nħoss li ż-żewġ partiti l-kbar qed jistennew li tiġri xi ħaġa kbira jew il-mument li jkun hemm l-iskuża tajba meta n-nies jibdew jibdlu femithom għal waħda aktar liberali u mbagħad jieħdu pożizzjoni favur, forsi referendum? Forsi aktar protesti? Forsi aktar proċessi fil-qorti jew forsi każ fil-qorti li jiġi deċiż favur min irid l-abort bħall ma hu l-każ fejn dawk il-188 persuna fetħu protest ġudizzjarju? Hemm l-ADPD li jgħidu li jaqblu mal-abort fi tlett ċirkostanzi li huma, f’każ ta’ stupru, insest jew meta l-mara tkun fil-periklu tal-mewt. Jidher li fuq din il-kwistjoni ma` ADPD naf fejn qiegħed iżjed magħhom aktar milli mal-partiti l-kbar, iżda bħal dejjem hemm il-iżda, u din l-iżda hija dak li fi kliem uħud mill-membri tagħhom donnhom iridu li l-abort ikun wieħed miftuħ għal kulħadd għax jgħidu li dejjem rridu nħallu d-deciżjoni f’idejn il-mara għax nafdaw lill-mara, allura jkolli ngħid li dawn wkoll ftit konfużi u jridu jieħdu deciżjoni qabel jien niddeċiedi li nafdhom.
Issa ħa mmur in-naħa l-oħra tal-munita u nagħti eżempju li ma rridx li jidħol l-abort fil-pajjiż u ser nagħżel li nivvota partit li hu kontra l-abort. Hawn m’hemmx lok għal konfużjoni għax il-Partit Popolari u Abba huma kontra l-abort li qatt m’għandu jidħol fil-pajjiż. Mela żgur li kieku kelli nivvota kontra l-abort ikolli nagħżel lill wieħed minn dawn. Imma jħalluni bi ftit ħsieb għax għalkemm dawn iż-żewġ partiti huma kontra l-abort ftit li xejn qed jagħmlu biex iwaqqfu li jkollna l-introduzzjoni tal-abort u li kif għedt fil-bidu l-partiti l-kbar qed jistennew li l-poplu jibdel fehmtu biex jieħdu vantaġġ, Nemmen li l-partiti ż-żgħar PP u Abba mhux qed jagħmlu biżżejjed, eżempju mhux jipprotestaw u jkunu aktar vokali fit-toroq biex dan ma jiġrix u l-opinjoni pubblika ma ddurx, nemmen li qed ikunu passivi wisq u ma jinnutawx li in-nies ftit ftit qed jibdew jaċċettaw l-introduzzjoni tal-abort u fi żmien qasir il-partiti l-oħra qed ibiddlu l-mentalità ta’ l-elettorat tagħhom u sa l-aħħar ser tasal il-ġurnata tal-ġudizzju fejn l-abort jidħol. u issa jien ukoll qed nibda nemmen li l-abort ser jidħol finalment u se jkun wieħed miftuħ u bi ftit limitazzjonijiet. Dawn il-partiti żgħar għadhom mhumiex organizzati biex jinżlu fit-toroq forsi għal diversi raġunijiet li naħseb huma li ma tantx jemmnu f’dak li qed jagħmlu u l-ħeġġa tagħhom hija waħda minima ħafna. Forsi hemm bżonn li jaqdu l-forzi flimkien ma’ għaqdiet oħra ta` kontra l-abort u jiġbru taħt saqaf wieħed biex issejjaħ referendum kemm jista’ jkun malajr qabel ma l-partiti l-kbar ibiddlu l-fehma tal-maġġoranza. Referendum għandu issir biex għal xi żmien ikollhom is- saħħa tal-poplu warajhom u jorbtu idejn il-partiti l-kbar għax nafu li dawn Alla tagħhom hu biss il-vot u xejn aktar.
S’issa li kieku kont favur jew kontra l-abort ma` kontx nivvota lil xi partit għax huma kollha konfużi dwar din il-kwistjoni tal-abort bejn per eżempju l-partiti l-kbar PL u PN għadhom ma jafux jekk hux favur jew kontra u qed jittestjaw l-ilma u qed jaraw fejn sejjer moħħ in-nies u wara jiddeċiedu u Partit ADPD mgerfex ukoll fil-fehma b’min fi ħdanu iridu “across the board” u oħrajn f’ċertu ċirkostanzi biss b’hekk ma’ nistax nivvota lill ħadd min dawn it-tlieta u min naħa l-oħra l-partiti PP u ABBA reqdin raqda kbira u mhux jagħmlu ħilithom biżżejjed biex dan l-abort ma jidħolx b’hekk nikkonkludi li il-vot s’Issa ma ser jieħdu ħadd fuq dan it-topik.
Miktuba minn Mario Camilleri.