ABBA -Il-Prim Ministru tagħna jrid jieqaf jigdeb

“Il-Prim Ministru tagħna jrid jieqaf jigdeb lill-poplu Malti u juża l-parlament tagħna biex jikser il-Kostituzzjoni u jimponi liġijiet u trattati li jmorru kontra r-rieda tal-poplu”.
Il-Kap tal-partit ABBA Ivan Grech Mintoff stqarr li il-protesta saret għax wissejna biex dan kollhu jieqaf imma baqa kollox għaddej anzi żidna d-doża: “Jaqlagħlek l-istonku sal-punt li trid tirremetti meta tara u tisma’ lil Robert Abela juża l-parlament biex jassigurana li “salvagwardja l-Kostituzzjoni” u li juża l-aktar ġurnata mportanti għal Laburisti, biex jgħidilna li grazzi għalih in-newtralità tagħna hija sigura.
Huwa l-gvern tiegħu stess bi qbil u ftehim mal-oppożizzjoni min wara dar il-poplu:
– iffirma “l-Partnership għall-Paċi” tan-NATO,
– jibgħat suldati Maltin f’missjonijiet militari bħal Aspides u Atalanta ta’ Alleanzi militari bħan-NATO u l-EUNAFOR meta l-klawżola ta’ newtralità tagħna tgħid bl-aktar mod ċar li Malta tirrifjuta li tipparteċipa fi KWALUNKWE alleanza militari u trid tibqa’ fi stat ta’ non-alleanza bejn il-belliġeranti.
Biex tgħaxxaqa jgħidilna li l-avukat ġenerali assigurah li n-newtralità tagħna ma tiġix effettwata bħal li kieku dan ma spiċċax jaqbel mal-gvern f’kollox li jgħamel anke l-ħażin!!.
Kieku din hija ħaġa veritiera allura l-ex Mexxejja Laburisti u Prim Ministri  Dom Mintoff u Dr Karmenu Mifsud Bonnici li ma riedu xejn x’jaqsmu man-NATO kienu qed jigdbulna. U l-irtirar “FULL and UNEQUIVOCAL withdrawal” ta’ Dr.Sant mil Partnership for Peace Tan- NATO (għax imur kontra l-Kostituzzjoni tagħna) kien ibbażat fuq gidba ukoll. Kif jista l-partit Laburista qed iħallih juża l-parlament u l-monument ta’ jum il-Ħelsien ta’ Mintoff biex jikonvinċina li dawn il-mexxejja laburisti kollha tal-passat gidbulna u mhux hu qed jerġa jigdeb? Kif jista l-partit Laburista JIFFIRMA FTEHIM MAN-NATO hu stess meta il-Maltin ilum 45 sena li iddeċiedew li ma jridux iktar gwerer u indħil fi gwerer ta ħaddieħor jew li nkunu sieħba f ‘alleanza Militari?
Ma nistgħux nafdaw lil dawk li ħtarna biex jirrappreżentaw ix-xewqat tagħna.Issa qedin jinjorawna u jaqdu lil xi ħadd ieħor. X’arroganza! Too much!
Issa qedin jiksru l-liġijiet, il-buonordni u jmorru kontra r-rieda tal-poplu Malti fil-miftuħ .
Ma jistgħux jibqgħu jistennew ebda rispett jew lealtà min-nies li tant fdawhom u ttraddixxu.
Għal din ir-raġuni, għażilna Jum il-Ħelsien biex nibdew il-kampanja tagħna ta’ diżubbidjenza biex niedħu lura dak li nsteraqilna. Wasal iż-żmien li nġibu lura d-dinjità sħiħa tagħna bħala Nazzjon kburi, b’valuri u identità sodi u nirrifjutaw li ntużaw aktar b’dan il-mod tant qarrieq u perikoluż”