Imperium Europa jagħmel referenza għad-dibattitu parlamentari dwar in-newtralità u jisħaq li filwaqt li huwa mportanti li dan il-prinċipju Kostituzzjonali jiġi osservat b’rettezza, fuq skala Ewropeja xorta waħda jrid isir investiment għad-difiża kontra kwalulnkwe attakki imprevvisti. Jgħid li l-problema tal-Unjoni Ewropeja llum hija l-amministazzjoni li mhix affidabbli. Dwar il-Palestina Imperium Europa jaqbel bis-sħiħ fir-rikonoxximent ta’ dan l-istat li kellu
kommunità u ekonomija vibranti fl-għoxrinijiet u li ġie misruq miż-Żionisti bl-għajnuna tal- Ingilterra. Imperium Europa kategorikament jopponi l-idea ta’ Dr Joseph Muscat tas-sħubija tal-istat
Iżraeljan fl-Unjoni Ewropeja u jgħid li l-idea hija assurdissima, speċjalment ftit tal-ġimgħat minn ġenoċidju fuq Gaza fejn inqatlu eluf ta’ nies innoċenti, bl-artijiet tagħhom kontinwament misruqa. Imperium Europa ma għandux dubbju li l-Ewropa għandha biss x’titlef minn sħubija ma’ amministrazzjoni terrorista u jgħid li l-Iżrael mhu qatt se jaċċetta r-rikonoxximent tal-Palestina u
wisq inqas se jbaxxi rasu għal-liġijiet fażulli ta’ Brussell speċjalment fejn jidħlu d-drittijiet tal- bniedem, l-immigrazzjoni u d-diskriminazzjoni a bażi ta’ reliġjon u razza.