Avviż Legali maħruġ għal-użu tal-Karavans u Kampers

Illum 22 ta’ Ġunju,2023, ġew introdotti l-ewwel avviżi legali dwar l-użu temporanju ta’ Karavans u Kampers. Il-ħlas ser jkun ta’ Ħames (5) Ewro kuljum għaż-żoni mhux diżenjati u Għaxar Ewro (10) kuljum għaż-żoni diżenjati.
L-ewwel żewġ żoni fejn ser jibdew jkunu mħaddma għal dan ir-rigward huma ż-żoni tal-Mellieħa u ta’ Baħar iċ-Ċagħak. Iż-Żewġ żoni l-oħra ser jiġu mħabbra aktar tard.
Is-Sidien ser jkunu jistgħu jipparkjaw dawn l-vetturi fejn ir-residenza tagħhom mingħajr ħlas jew permess meħtieġ mill-Kunsill Lokali jew xi awtorita’ oħra kkonċernata.
Dawn ir-regolamenti ser jkunu fis-seħħ bejn l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena u huma applikabbli għal mhux aktar minn sebat (7) ijiem. Dawn ser jkunu applikati minflok bye-laws oħra maħruġa minn xi Kunsill Lokali.
Min ser jdum fiż-żona bil-Karavan jew Kamper sa mhux aktar minn Erbgħa (4) sigħat m’għandux għalfejn japplika għall permess.
Mhux eskluż li dan jista’ jiġi estiż u applikat ukoll għal l-istaġun tax-Xitwa.