L-Ewwel Parti- ‘‘Il-Belt mhux tal-Beltin?”

Introduzzjoni;
Lura fil-2012, inħoloq grupp żgħir biex jgħin lir-residenti f’lokalitajiet varji – kull meta kien possibbli. Il-grupp originali kien ibbażat fuq l-etika ta’ volontarjat – illum żammejna l-istess etika. Minn grupp li kien mgħamul minn għaxar persuni jew iktar, l-ħajja tant inbidlet fejn l-impenji personali u l-ħin ta’ dedikazzjoni inbidlu u ġew limitati; ftit minna kellhom irabbu jew iduru bil-familja.
Mis-sena 2021, mil-ftit membri li kien għad fadal mill-grupp volontarju ġie maħluq il-grupp ‘ResidentiBeltin’ biex uffiċjalment jaħdem fl-interess tar-Residenti, f’kull qasam. Il-grupp innifsu jħeġġeġ lil kull resident jingħaqad miegħu fl-appell kontra l-isfreġju fuq id-drittijiet residenzjali, il-kapitalizmu estrem, il-privatiżżazzjoni u biex Il-Belt Valletta w ir-residenti tagħha jiġu mħarsa u protetti bil-fatti. Dan permezz ta’ l-iskop biex jissaħħu d-drittijiet residenzjali kollha.
Żammejna l-fundamenti tat-twemmin imparzjali tagħna, u wettaqnihom f’Grupp għall-Pressjoni (Pressure Group), Grupp tal-Viċinat (Neighborhood watch), Grupp ta’ Donazzjonijiet ta’ diversi oġġetti mill-Komunita’ għall-Komunita’, fost proġetti oħra.
Kemm qabel, u kemm wara l-formazzjoni taż-żewġ gruppi tagħna kif ukoll b’mod individwali konna u għadna niltaqgħu u niddiskutu ma’ diversi rappreżentanti ta’ l-Istat u tal-lokalita’ fejn dejjem xtaqna nindirizzaw nuqqasijiet differenti ta’ ħtiġijiet madankollu dejjem konna, u għadna qed niffaċċjaw it-tweġiba kontinwa; ‘’Il-Belt Valletta mhux tal-Beltin – Hemm bosta ‘’stakeholders’’ involuti. ” Nistgħu nistaqsu lil kull membru elett, ta’ kull naħa, x’jaħsbu dwar din?
Tkompli…

– Mr.B.McBee fundatur ResidentiBeltin