Velja Għal Jean Paul Sofia

Wara l-vot li ttieħed fil-Parlament nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Lulju,2023, sabiex issir inkjesta pubblika rigward it-traġedja taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia u li skont il-votazzjoni din it-talba ma ġietx milqugħa, issa jmiss attivita’ tal-Massa li ser tittella’ nhar it-Tnejn, 17 ta’ Lulju, 2023, quddiem Kastilja fit-tmienja ta’ filgħaxija.
Kienu bosta personalitajiet u entitajiet li għamlu l-kummenti tagħhom u li qed jinkoraġixxu l-pubbliku sabiex jattendu u jingħaqdu għal din l-attivita’ b’solidarjeta mal-familja ta’ Jean Paul.

L-Inġinier u Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, Mark Anthony Sammut, jgħid kif l-aktar ħaġa ċara li ħarġet nhar l-Erbgħa fil-parlament, kien id-disinn ta’ l-istruttura tal-binja, fejn spjega kif iċ-ċittadini -b’riferiment għal-familjari ta’ Jean Paul, kienu fil-gallarija, jiġifieri n-naħa ta’ fuq tal-Membri Parlamentari u li dan fakkar lill xi wħud mil-istess Membri, li f’dak il-mument ma kienux huma fuq il-pedestall jħarsu lejhom iżda pjuttost “fil-ħofra jħarsu ‘l fuq”.

 

Kumment ieħor partikolari kien mil-kittieb, David Aloisio, fejn qal li l-kwistjoni mhux politika iżda “l-kunflitt il-veru dejjem kien bejn ta’ fuq u ta’ taħt, bejn il-kbir u ż-żgħir, bejn is-setgħani u d-dgħajjef.”

 

Velja Għal Jean Paul Sofia

Holqa ghal-petizzjoni