F’podcast skedat li jixxandar nhar it-Tnejn li ġej fuq l-istazzjon PMNMALTA, il-Professur Arnold Cassola iddiskuta l-abort. Waqt il-konversazzjoni, il-ġurnalist tal-PMN Malcolm Seychell staqsa lil Cassola jekk rax xi konfużjoni dwar dak li qal Joseph Muscat waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-inawgurazzjoni tal-kampanja elettorali ta’ Alex Agius Saliba. Cassola wieġeb fejn irrimarka li PN jibqa’ lura minħabba l-biża’ li l-Partit Laburista jista’ jisfrutta s-sitwazzjoni. Innota wkoll li l-Partit Laburista jista’ jikkundanna lil Roberta Metsola għax hija l-persuna li tiffirma dokumenti bħala President tal-Parlament Ewropew, minkejja li huma ffirmati f’isem l-istituzzjoni aktar milli f’isem il-persuna ta’ Metsola.