Il-barbier tal-Ħamrun Kusi Dismark se jiġi deportat wara 13-il sena f’Malta. Ijja din ħaġa Sew?

Wara żmien twil jaħdem fostna u integrat fis-soċjetà Kusi Dismark se jiġi deportat b’arroganza li tara biss f’pajjiżi taħt reġim jew f’xi films ta’ reġim soċjali nazzjonalista.
Skont l-informazzjoni li ħarġet mill-ġurnali lokali dan ir-raġel għandu negozju għall rasu u jaħdem bħala barbier fil-Ħamrun u jħallas it-taxxi dovuti lill-istat.
L-uniku reat li wettaq kien li ġie Malta u ma kellux permess tar-refuġjati. l-awtoritajiet damu biex jieħdu azzjoni u hu baqa’ Malta, imma flok baqa’ Malta u jisker ma kull kantunira hu bena negozju u beda mix-xejn u mhux ghax missieru jew ommu ħallsulu l-ispejjez imma bil-ħila tiegħu u mix-xejn irnexxielu jagħmel dak li ħafna Maltin mhux kapaċi.
Għalhekk nistaqsi, hija allura biss għira li fuq il-midja soċjali hemm nies li qed jiktbu kontra dan ir-raġel għax ħallas aktar taxxa minn ħafna minnhom u kkontribwixxa lejn il-pajjiż aktar minn ħafna minnhom li jgħixu mill-benefiċji tas-sigurtà soċjali meta huma għandhom biżżejjed saħħa u kapaċi li jaħdmu bħalu?
Mhux sew u mhux nisrani li persuna li taħdem u qatt ma marret kontra l-ġustizzja u tħallas it-taxxa titkeċċa b’dan il-mod selvaġġ billi tiġi arrestata mill-post tax-xogħol bħal u daqs qattiel. Imma mbagħad tajjeb għall-awtoritajiet li jkun hemm qattiela li għadhom barra mill-ħabs għax il-qorti tiddeċiedi li tagħti sentenza sospiża.
Jew għax forsi hemm bżonn li jagħmel il-wisa’ għal xi “KING” minn dawk biex iġibu xi skjavi mill-pajjiżi tat-tielet dinja u jieħu xi flus mill-commissions?
Pajjiż mimli għira u pajjiż mimli għira kontra nies ta’ suċċess. Nies mimlijin għira għas-sempliċi raġuni li m’għandhomx ħila jagħmlu dak li għamel dan ir-raġel  kif għid il-malti “bl-għaraq ta’ xbinu”.
Saħħa lill-ħaddiem!
Blog miktub minn Mario Camilleri