Il-Partit ABBA huwa kontra kull tip ta’ Abort.

M’hemm l-ebda ħaġa li qatt tista’ tigi msejħa “safe abortion” meta kull abort dejjem jispiċċa fil-mewt ta’ ħajja umana innoċenti.

L-abort mhu xejn ħlief il-qtil premeditat ta’ ħajja umana u m’għandu xejn x’taqsam mas-sigurtà jew il-kundizzjoni tas-saħħa ta’ l’omm.

Il-liġijiet biex jissalvagwardjaw il-ħajja ta’ omm ilhom fis-seħħ għal għexieren ta’ snin u l-ebda pajjiż ieħor fid-dinja m’għandu rekord aħjar mil 100% rata ta’ sigurtà kif inhi offruta lil-ommijiet ġewwa Malta.

Il-Partit ABBA jiehu din l-okkażjoni biex ifakkar lill-kummissarju tal-pulizija ta’ Malta li skont l-Artikolu 48A (1) tal-kodiċi Kriminali ta Malta, huwa att kriminali, punibbli bil-ħabs, li wieħed jassoċja ruħu sabiex f’Malta jsir reat, kif qedin jagħmlu dawn il-movimenti u persuni favur l-abort b’mod publiku.

Huwa wkoll reat punibbli bil-ħabs, skond artiklu 69, għal kull min ixxewwex pubblikament lil xi persuni oħra biex iwettqu reat, f’Malta u li l-abort taħt il-liġi Maltija preżenti huwa bla ebda dubju reat u delitt kriminal.

”Jekk huwa dmir tiegħek li tieħu azzjoni kontra attivita kriminali u mhux qed tagħmel dan, x’qiegħed  jew aħjar min qed iwaqqfek milli tagħmel dmirek?” staqsa l-Partit ABBA lil-Kummissarju.

“Il-Partit ABBA ser jibqa’ jisfida u jżomm responsabbli lill-gvern, il-parlament, il-pulizija u kull persuna u organizzazzjonijiet favur l-abort għal dawn l-atti kriminali u ser naħdmu biex inwaqqfu dan l-abbuż ta’ poter u nuqqas ta’ azzjoni quddiem attività kriminali li sfaċċatament qed tiswa l-ħajja ta’ ħafna Maltin innoċenti. Il-poplu Malti huwa kontrikhom fuq din u għalhekk ser nibqaw nopponu l-abort fil-forom tiegħu kollha”.