Il-Partit Popolari b’Dikjarazzjoni affermattiva lill Poplu Malti u Għawdxi

Il-Partit Popolari b’Dikjarazzjoni affermattiva lil Poplu Malti u Għawdxi

 

Il-Partit Popolari ħareġ dikjarazzjoni affermattiva lil poplu Malti u Għawdxi nhar 17 ta’ Marzu 2022.

F’dan id-dokument li ġie iffirmat mil Mexxej tal-Partit Popolari s-Sur Paul Salomone kif ukoll l-President ta’ l-istess Partit is-Sur Carmel Borg fil-preżenza tan-Nutara Dr. Borg Caruana, il- Partit Popolari ddikjara li la darba jkun fil-parlament ser jżomm kellmtu fuq dak li dejjem sostna tul dawn l-aħħar sentejn kemm ilu ffurmat bħala Partit.

Il-Partit Popolari jiddikjara li ser jitkellmu rigward il-proposti li hemm dwar il-bini tal-Marina ġewwa Marsascala u li ser jivvutaw kontra dan il-proġett. Ser jitkellmu wkoll rigward l-infurzar illegali tal-vaċċini kif ukoll l-hekk msejjaħ ” Green Pass” fejn saħansittra nħolqot diskriminzzjoni lejn dawk li ma jixtiequx jitlaqqmu b’dan il-vaċċin, il- Partit Popolari jiddikjara li huwa kontra dan kollu. Filwaqt li jiddikjara wkoll li ser jitkellmu għall dawk li ħadu l-vaċċin għaliex emmnu li kien tajjeb għalihom jew għax ġew sfurzati biex jeħduh u li issa qed jbatu konsegwenzi minħabba effetti severi kkawzati mill stess vaċċin.

Ser jitkellmu wkoll kontra l-leġislazzjoni tal-abort tat-tfal fejn jgħidu li din hija abbozz ta’ liġi llegali skond il-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Jitkellmu ukoll rigward sitwazzjonijiet inumani ta’ faqar u nies spiċċaw bla dar.

 

Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibagħat email fuq : [email protected]