Partit ABBA. Stqarijja Budget 2023

Il-baġit li dan il-gvern qed jippromwovi bħala “baġit soċjali” huwa biss biċċa ngann perikoluża ħafna sabiex titwaqqaf l-emorraġija massiva tal-votanti li qedin jitilqu mill-PL.
Il-PL qed jiffaċċja riżultat diżastruż fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla u dan żgur jidher qisu xi baġit ta’ qabel l-elezzjoni.
Il-Ġermanja qed tiddikjara riċessjoni saħansitra akbar milli kienet mistennija fuqa għas-snin li ġejjin u għalhekk dan se jaffettwa b’mod qawwi u dirett lill-pajjiżi l-oħra kollha tal-UE inkluż lil Malta.
Minflok jgħid lill-poplu Malti dak li jeħtieg nidimghu – il-verità sabiex inħejju għal żminijiet ekonomiċi diffiċli quddiemna – il-gvern qed bl-oppost jgħidilna dak li jinstema’ sabiħ għal widnejna, iktar xalar u b’hekk jiġġustifika l-eżistenza tiegħu fit-tmun ta’ dan il-pajjiż.
Dan il-ġenn jista’ jwassal biss biex id-defiċit allarmanti, preżenti tagħna ser jikber ħafna iktar u dak kollu li issa ha ngawdu b’mod temporanjament ser ikollu jigi mħallas lura fil-futur qarib minna u minn uliedna b‘imghaxxijiet kbar fuqu….
Din it-tip ta’ governanza hija biss populista u taħbi l-verità min-nies.
In-nazzjon Malti jixraqlu li jkun protett minn aġir irresponsabli bħal dan u mhux mibjugħ sabiex il-ftit ikomplu jistanew permess t’ attitudni ta’ “business as usual”.
Għalhekk il Partit ABBA jħeġġeġ lir-rappreżentanti tagħna lkoll fil-parlament biex jivvutaw kontra dan il-baġit li se jdaħħal lill-familji Maltin f’aktar inkwiet min dak li qedin ikollna nħabbtu wiċċna magħhom bħalissa.