Arnold Cassola jippreżenta ittra oħra lill Kummisjoni Elettorali
Profs.Cassola għall darboħra b’ittra ndirizzata lill- Kummisjoni Elettorali
“Għażiż Sur Camilleri,
Għaddew hmistax-il ġurnata minn mindu jiena rrappurtajt lill-kandidati għall-elezzjoni Robert Abela u Clyde Caruana, li abbużaw mill-pożizzjonijiet tagħhom ta’ Prim Ministru u Ministru, u qassmu flus mogħtija mill-Unjoni Ewropea għall-irkupru mill-covid proprju lejliet l-elezzjoni.
Mhux biss, imma dawna ffirmaw “covering letter” li fiha rreklamaw s-suċċessi tagħhom “in the past two years:
“The steps taken over the past two years “meant that the Maltese economy has recovered quickly and is in a position where it can continue to grow, create jobs and generate wealth”.
Din hija corrupt practice sfaċċata.
S’issa għad ma kellix l-unur li nirċievi lanqas acknowledgement mingħand il-Kummissjoni Elettorali.
Tista’, jekk jogħġbok, tgħarrafni x’miżuri qed jittieħdu biex min pprova jimmanipola l-andament tal-kampanja elettorali jieħu dak li ħaqqu.
Waqt li nistenna mingħandek, inselli għalik.
Arnold Cassola
Kandidat Indipendenti”
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibagħat email fuq : [email protected]